Nimxu warajk

Agħmel li nkun inħobbok,
Qalbi kollha rrid nagħtik.
Agħmel li nkun inħobbok,
Qalbi kollha rrid nagħtik.
Ħu din il-qalb tiegħi
Għallimha l-imħabba,
Dik l-imħabba tiegħek
Biex tħobb u tgħix biss għalik.

Agħmel li nisma’ leħnek,
Biex fejn issejjaħli mmur;
U biex dak li tgħidli jien nintrabat miegħu
U int tintrabat miegħi

Int maħbub w għażiż Ġesù.
Jekk int u jien

Lkoll flimkien mexjin wara Ġesù;
Int tkun id-dawl u l-melħ
Ma’ kulmin tkun u kulfej’ tmur.
U trid terfa’ salibek, bl-għajnuna li jtik
L-Imgħallem Divin Ġesù.
Agħmel li l-ħajja tiegħi,
Tkun għanja ta’ mħabba lejk;
U b’dak illi nagħmel ninseġ dik il-għanja,
Xhieda ta’ kemm tħobbni
Ta’ kemm lili qatt ma nsejt.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika