O Ras ta’ Kristu

O ras ta’ Kristu mbierka
Imdawra bl-eħrex xewk
Bis-swat u l-bżieq midruba
Jaħasra, kemm baxxewk!
Kif mietet dik il-ħeġġa
Mill-ħarsa ta’ għajnejk
Kif għebu l-ħajr u l-glorja
Fil-ħofor ta’ ħaddejk!

Dan ġismi, laħam dgħajjef
Ħallini nsallbu qrib
Biex fija tkompli l-fidwa
Mibdija fis-salib.
U meta jkun imnaddaf
Ħallini nkompli nżid
Fost ħuti din is-saltna
Ta’ mħabba, barka u ġid.

O ragħaj ta’ ħniena kbira
Nitolbok tinsinix
Jekk qatt nitbiegħed minnek
Nintilef tħallinix.
U meta l-mewt iżżurni
Nitolbok ejja qrib
Sabiex din l-art inħalli
Imgħannaq mas-salib.


Żminijiet: Randan 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika