Qed jinfirex mal-widien

Qed jinfirex mal-widien
Leħen l-anġli tas-smewwiet
Għanja ħelwa rahan ta’ ferħ
Qiegħda tfawwar qalb l-għoljiet.

Rit:
Gloria in excelsis Deo x2

Ħallu l-għorfa tajjru n-ngħas
Rgħajja nġabru għall-aħbar
Aħbar tajba riesqa ’l hawn
Kollha ferħ bla qatra mrar. Rit:

Fostkom twieled il-Mulej
Is-sultan tas-sema u l-art
Twieled f’għar sid il-ħolqien
Fuq ftit tiben f’lejl ta’ bard. Rit:

Għaġġlu mela biex tarawh
Dak li xtaqu ż-żminijiet
Faħħruh magħna lkoll flimkien
Ġo dil-ħemda, ġo das-skiet. Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul, Għeluq


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika