Ragħaj ta’ Ruħi

Ragħaj ta’ ruħi rrid
kontroll ta’ ħajti ntik
Kull fejn tmexxini int, warajk niġi
Kull ma int lissint, li nisma’ jien għażilt
Kull fejn teħodni int, jien immur.

Jekk f’mergħat fil-kwiet teħodni
Jew fejn l-ilma jgelgel pur
O ragħaj ta’ ruħi dejjem ħdejja tkun
Jekk quddiemi tfeġġ muntanja
Jew xi wied fond u mudlam
O ragħaj ta’ ruħi gwida għalija kun.



Żminijiet: Ferja 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika