Żommni Qribek

Qalbi tixxennaq b’tama kbira fik
Taqbida f’ħajti, Mulej x’nista’ nagħtik
Ruħi għatxana għalik
Li nagħrfek hekk kif int
Nixrob mix-xmara
Ta’ grazzji bla waqfien.

Rit:
Żommni qribek
Qribek Mulej Ġesù
Fi ħdanek irrid ngħix
La titlaqnix
Żommni qribek
Qribek irrid ngħix jum wara jum
Kun is-sid ta’ ħajti int illum
Kemm nixtieq
Li nkun qribek Ġesù.

F’kull għodwa ġdida
Nagħraf wiċċek o Mulej
B’għarfien fl-Ispirtu
Nagħraf li int Feddej
Qalbi tittama fik
Li ngħix miegħek kull ħin
F’din il-preżenza
Għal dejjem magħqudin. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika