Mis-siegħa tat-tmiem tinfetaħ ħajja ġdida

Silta mid-diskors tal-Papa Franġisku fis-Santwarju ta’ Pinu, 2 ta’ April 2022

Is-siegħa ta’ Ġesù—li fl-Evanġelju ta’ Ġwanni hija s-siegħa tal-mewt fuq is-salib—ma tfissirx it-tmiem tal-istorja, imma timmarka l-bidu ta’ ħajja ġdida. Ħdejn is-salib, fil-fatt, nikkontemplaw l-imħabba ħanina ta’ Kristu, li jiftaħ beraħ dirgħajh għalina u, bil-mewt tiegħu, jiftħilna qalbna għall-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Mis-siegħa tat-tmiem tinfetaħ ħajja ġdida; minn dik is-siegħa tal-mewt tibda siegħa oħra mimlija ħajja: dan huwa ż-żmien tal-Knisja li titwieled. Minn dik iċ-ċellola tal-bidu l-Mulej jiġma’ poplu, li jibqa’ jimxi fit-toroq iebsa tal-istorja, biex iġib fil-qalb il-faraġ tal-Ispirtu, li bih hu jixxotta d-dmugħ tal-umanità.