Il-Poplu ta’ Alla

Dak il‑ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalemm. Hemm sabu lill‑Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien

(Luqa 24, 33)

Bħala l-Poplu ta’ Alla li jinġabar flimkien biex jintbagħat f’Malta tal-lum, li joħroġ ixandar l-Aħbar it-Tajba filwaqt li jfittex li jilqa’, jisma’ u jakkumpanja billi jġib ir-rikonċiljazzjoni, jikber fid-dixxipulat u jinġabar f’attitudni ta’ kontemplazzjoni, aħna nsiru l-ġisem wieħed ta’ Kristu li, taħt it-tmexxija tal-Arċisqof, niksbu l-qawwa biex naqdu skont id‑doni ta’ kull wieħed u waħda minna. Il‑poplu tagħna flimkien għadu ħames kariżmi ewlenin x’joffri, skont ir‑rwoli differenti tal‑membri tiegħu:

  • l-Ordni Sagri u s-saċerdozju ta’ dawk li jimmedjaw bejn Alla u l-Poplu;
  • il‑kariżma profetika tar‑reliġjużi rġiel u nisa li, bil‑konsagrazzjoni tal‑ħajja tagħhom lil Kristu, jagħtu xhieda għat‑tama eskatoloġika;
  • il‑varjetà tal‑ministeri lajkali fi ħdan il‑Knisja;
  • bħala nsara fid-dinja;
  • il‑bnedmin kollha ta’ rieda tajba li qegħdin ifittxu l‑Verità.

Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nesploraw kull waħda minn dawn il-kariżmi.

(ara d-dokument Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, 36)