L-Epifanija tal-Mulej

01/01/22

 

O Alla, inti llum b’kewkba mexxejt il-ġnus u għarraftilhom lil Ibnek il-waħdieni; fil-ħniena tiegħek agħtina li aħna, li diġà għarafniek bis-saħħa tal-fidi, naslu biex nitgħaxxqu bik wiċċ imb wiċċ fis-sebħ tal-kobor tiegħek fis-sema. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.