Talb ta’ nofs il-jum, it-Tlieta 26 ta’ Novembru 2024
Salm 53 (54):1-6,8-9
Talba għall-għajnuna Il-profeta jitlob biex f’isem il-Mulej jinħeles mill-ħażen ta’ min qam kontrih. (Kassjanu)
B’ismek, o Alla, salvani; * agħmilli ħaqq bil-qawwa tiegħek. Isma’, o Alla, it-talba tiegħi; * agħti widen għal kliem fommi.
Għax nies barranin qamu kontrija, † nies kefrin jonsbuli ħajti; * ma jżommux ’l Alla quddiem għajnejhom. Ara, Alla l-għajnuna tiegħi: * il-Mulej hu dak li jżommni.
Minn qalbi noffrilek is-sagrifiċċju; * inrodd ħajr lil ismek, għax hu tajjeb. Għax minn kull hemm ħelisni l-Mulej; * jitpaxxew għajnejja bl-għedewwa mirbuħa.
Glorja.
Ant. 3: Alla l-għajnuna tiegħi; il-Mulej hu dak li jżommni.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar