bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha

 

L-għasar, it-Tnejn 17 ta’ Ġunju 2024
Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu
Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minnha!”. (Mt 20-23) 

Lejk nerfa’, għajnejja, *
int li tgħammar fis-smewwiet. 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *
bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *
sa ma jkollu ħniena minna. 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *
għax mitmugħa sax-xaba’ bit-tagħjir.
Imxebbgħa għall-aħħar ruħna *
biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin. 

Glorja.

Ant. 1: Għajnejna dejjem lejn il-Mulej, sa ma jkollu ħniena minna.

Ant. 2: L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej li għamel is-sema u l-art.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar