Hu darab l-Eġizzjani f’uliedhom il-kbar, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. U ħareġ lil Iżrael minn ġo nofshom, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Ħariġhom b’id qawwija u bi driegħ merfugħ, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Hu feraq fi tnejn il-Baħar tal-Qasab, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. U għadda lil Iżrael minn ġo nofshom, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Ġarraf il-Fargħun u l-eżerċtu tiegħu fil-Baħar tal-Qasab, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Glorja.
Ant. 2: Hu ħareġ lil Iżrael minn ġo nofs l-Eġizzjani, b’id qawwija u bi driegħ mifrux.
Ant. 3: Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet; hu ħelisna mill-għedewwa tagħna.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar