Bħall-ħaxix il-ħajja tal-bniedem

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2023.

Salm 102 (103)

(II) 
Ħanin u twajjeb il-Mulej, *
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.
Ma joqgħodx jitlewwem magħna, *
u anqas jinkorla għal dejjem.
Ma mexiex magħna skond ma ħaqqhom ħtijietna; *
ma ħallasniex skond ma ħaqqha ħżunitna. 

Daqskemm huma s-smewwiet ’il fuq mill-art, *
hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu;
daqskemm hu mbiegħed il-lvant mill-punent, *
hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.
Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, *
hekk iħenn il-Mulej
għal min għandu l-biża’ tiegħu. 

Għax hu jaf kif aħna magħġuna, *
jiftakar li aħna trab.
Bħall-ħaxix il-ħajja tal-bniedem; *
bħall-fjur tar-raba’, hekk jikber.
Tgħaddi ż-żiffa minn fuqu, u jispiċċa, *
u ħadd aktar ma jagħraf fejn kien. 

Glorja.

Ant. 2: Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu.

Ant. 3: Bierku l-Mulej, għemejjel tiegħu kollha.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/