L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 8 ta’ Novembru 2023.
Salm 88 (89)
(III)
“Jekk uliedu jħallu l-liġi tiegħi, * u ma jimxux skond il-preċetti tiegħi, jekk huma jiksru l-liġijiet tiegħi, * u ma jħarsux il-kmandamenti tiegħi, jien nikkastiga ħtijiethom bil-virga, * u bis-swat il-ħażen tagħhom.
Iżda ma nwarrabx tjubiti minnu; * ma niksirx il-kelma li tajtu. Ma nonqosx mill-patt tiegħi; * ma nerġax lura minn kelmti.
Ħlift bi qdusiti darba għal dejjem, * żgur li b’David ma nqarraqx. Nislu għal dejjem jibqa’; * it-tron tiegħu bħax-xemx quddiemi. Bħall-qamar jibqa’ għal dejjem; * it-tron tiegħu aktar sod mis-sema.”
Glorja.
Ant. 3: Ħlift darba għal dejjem lil David, qaddej tiegħi: nislu jibqa’ għal dejjem.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/