Bħalma omm tfarraġ lil binha

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum ilĦamis 3 ta’ Marzu 2022.

Kantiku (Iż 66:10-14a)

Faraġ u ferħ fil-belt imqaddsaĠerusalem ta’ fuq hi ħielsa, li hi ommna. (Gal 4:26) 

Ifirħu lil Ġerusalem, thennew biha, *
intom ilkoll ħbieb tagħha!
Aqbżu bil-ferħ, intom ilkoll *
li qsamtu swied il-qalb magħha.
Hekk intom terdgħu u tixbgħu *
minn sider il-faraġ tagħha;
terdgħu u titgħaxxqu *
minn sider is-sebħ tagħha. 

Għax dan jgħid il-Mulej: †
“Arani! se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara, *
u bħal xmara tfur bil-ġid tal-ġnus.
It-trabi tagħha fuq id-dirgħajn jintrefgħu, *
u jżiegħlu bihom fuq l-irkobbtejn.
Bħalma omm tfarraġ lil binha, †
hekk jiena nfarraġ lilkom, *
u f’Ġerusalemm titfarrġu.” 

Taraw u tifraħ qalbkom, *
u għadamkom bħal ħaxix iħaddar. 

Glorja

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/