Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il–Ħamis 3 ta’ Marzu 2022.
Kantiku (Iż 66:10-14a)
Faraġ u ferħ fil-belt imqaddsaĠerusalem ta’ fuq hi ħielsa, li hi ommna. (Gal 4:26)
Ifirħu lil Ġerusalem, thennew biha, * intom ilkoll ħbieb tagħha! Aqbżu bil-ferħ, intom ilkoll * li qsamtu swied il-qalb magħha. Hekk intom terdgħu u tixbgħu * minn sider il-faraġ tagħha; terdgħu u titgħaxxqu * minn sider is-sebħ tagħha.
Għax dan jgħid il-Mulej: † “Arani! se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara, * u bħal xmara tfur bil-ġid tal-ġnus. It-trabi tagħha fuq id-dirgħajn jintrefgħu, * u jżiegħlu bihom fuq l-irkobbtejn. Bħalma omm tfarraġ lil binha, † hekk jiena nfarraġ lilkom, * u f’Ġerusalemm titfarrġu.”
Taraw u tifraħ qalbkom, * u għadamkom bħal ħaxix iħaddar.
Glorja
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/