Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru.

Salm 94 (95)

Ant. Kunu afu li llum ġej il-Mulej, u fil-għodu taraw il-glorja tiegħu.

Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajat ta’ ferħ.

Ant. Kunu afu li llum ġej il-Mulej, u fil-għodu taraw il-glorja tiegħu.

Għax Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir fuq l-allat kollha.
F’idejh huma qigħan l-art,
tiegħu huma qċaċet l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Kunu afu li llum ġej il-Mulej, u fil-għodu taraw il-glorja tiegħu.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/