Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru.
Salm 94 (95)
Ant. Kunu afu li llum ġej il-Mulej, u fil-għodu taraw il-glorja tiegħu.
Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej, ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna! Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, ngħannulu b’għajat ta’ ferħ.
Ant. Kunu afu li llum ġej il-Mulej, u fil-għodu taraw il-glorja tiegħu.
Għax Alla kbir hu l-Mulej, sultan kbir fuq l-allat kollha. F’idejh huma qigħan l-art, tiegħu huma qċaċet l-għoljiet. Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; tiegħu l-art, għax b’idejh saret.
Ant. Kunu afu li llum ġej il-Mulej, u fil-għodu taraw il-glorja tiegħu.
Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna! Għaliex hu Alla tagħna, u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/