Fehma tajba u għerf għallimni

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 10 ta’ Awwissu 2023.

Salm 118 (119):65-72

IX (Tet) 

Ġid għamilt mal-qaddej tiegħek, *
Mulej, skond il-kelma tiegħek.
Fehma tajba u għerf għallimni, *
għax jien nemmen fil-kmandamenti tiegħek. 

Qabel ma għakkistni, jien kont fl-iżball; *
imma issa nħares il-kelma tiegħek.
Twajjeb int, u l-ġid tagħmel; *
għallimni l-kmandamenti tiegħek. 

Jixluni l-kburin bil-gideb; *
imma jien b’qalbi kollha nħares il-preċetti tiegħek.
Smina bil-ħażen bħax-xaħam qalbhom; *
imma jien bil-liġi tiegħek nitgħaxxaq. 

Swieli ta’ ġid li għakkistni, *
għax tgħallimt il-kmandamenti tiegħek.
Aħjar għalija l-liġi ta’ fommok *
mill-eluf ta’ flejjes tad-deheb u l-fidda. 

Glorja.

Ant. 1: Aħjar għalija l-liġi ta’ fommok mill-eluf ta’ flejjes tad-deheb u l-fidda.

Ant. 2: F’Alla nafda, m’għandix għax nibża’; x’jista’ jagħmilli l-bniedem?

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/