Fid-dwejjaq tiegħi lill-Mulej sejjaħt

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 29 ta’ Ġunju 2023.

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi
Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien. (Rum 12:12) 

Fid-dwejjaq tiegħi lill-Mulej sejjaħt; *
u hu weġibni. 

Mulej, eħlisni mix-xufftejn giddieba *
u mill-ilsna qarrieqa. 

X’se tieħu b’dan, u x’se jiswielek, *
ilsien qarrieq?
Vleġeġ misnuna ta’ wieħed b’saħħtu, *
u ġamar tal-ġummar. 

Imsejken jien, li ngħix barrani f’Mesek; *
li ngħammar fl-għerejjex ta’ Kedar!
Ili ngħix biżżejjed *
ma’ dawk li jobogħdu s-sliem.
Jien sliem irrid; imma malli nitkellem, *
insibhom lesti għall-ġlied. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/