fih jistkenn

 


L-uffiċċju tal-qar, illum
is-Sibt 14 ta’ Mejju 2022.

Salm 63 (64)

Talba kontra l-għedewwa
Dan is-salm ifakkarna ħafna fil-passjoni tal-Mulej. (S. Wistin) 

Isma’, o Alla, leħen it-tnehid tiegħi; *
mill-biża’ tal-għadu ħarisli ħajti.A
ħbini mill-konfoffa tal-ħżiena, *
mit-tixwix ta’ dawk li jagħmlu l-ħażen,d
awk li jsinnu bħal sejf ilsienhom, *
jitfgħu kliem iebes bħal vleġeġ,
biex mill-moħba jolqtu ’l min hu bla ħtija, *
jolqtuh għal għarrieda, bla biża’ ta’ xejn.
Moħħhom sħiħ fil-ħsieb ħażin tagħhom, †
jiftiehmu kif jonsbu bil-moħbi, *
u jgħidu: “Min se jarana?”Ifittxu l-ħażen, †
ifasslu pjan maħsub sewwa. *
Min jifhem moħħ u qalb il-bniedem! 

Imma Alla bil-vleġeġ jolqothom; *
f’daqqa waħda jimtlew kollhom ġrieħi.
Minħabba lsienhom isiru ħerba; *
kull min jarahom iħarrek rasu.
U lkoll jimtlew bil-biża’ ta’ Alla,
u għemilu jxandru, *
u jifhmu sewwa kulma għamel. 

Jifraħ il-ġust fil-Mulej u fih jistkenn; *
jiftaħru dawk kollha ta’ qalbhom safja. 

Glorja.

Ant. 2: Għemil il-Mulej ixandru, u jifhmu sewwa kulma għamel, hallelujah.

Ant. 3: Ixandru l-ġustizzja tiegħu, jaraw il-popli kollha s-sebħ tiegħu, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/