Fil-hemm tiegħi lill-Mulej sejjaħt

 

L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 2 ta’ Awwissu 2023.

Salm 17 (18):2-30

(I)

Radd ta’ ħajr għas-salvazzjoni u r-rebħa
F’dik is-siegħa saret theżiża kbira tal-art. (Apok 11:13) 

Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi! *
Il-Mulej blata tiegħi, fortizza u ħellies tiegħi!
Alla tiegħi, sur tal-kenn tiegħi u tarka tiegħi, *
qawwa tas-salvazzjoni tiegħi u kenn tiegħi!
Insejjaħ il-Mulej, li hu ta’ min ifaħħru, *
u nkun meħlus mill-għedewwa tiegħi. 

Imwieġ tal-mewt ħakmuni, *
widien tal-biża’ werwruni,
ħbula tal-imwiet dawruni, *
xbiek tal-mewt inqaleb fuqi.
Fil-hemm tiegħi lill-Mulej sejjaħt, *
tlabt l-għajnuna ’l Alla tiegħi;
hu sama’ leħni mit-tempju tiegħu, *
f’widnejh waslet l-għajta tiegħi.

Glorja.

Ant. 1: Mulej, qawwa tiegħi, agħmel li nkun inħobbok.

Ant. 2: Ħelisni l-Mulej, għax lili jħobbni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/