Iftaħli għajnejja

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 3 ta’ Awwissu 2023.

Salm 118 (119):17-24

III (Gimel) 

Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek, *
agħtini li ngħix u nħares il-kmandamenti tiegħek,
Iftaħli għajnejja, *
biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek. 

Barrani jien fuq l-art; *
taħbix minni l-kmandamenti tiegħek.
Tinfena qalbi l-ħin kollu *
bix-xewqa tad-digrieti tiegħek. 

Il-kburin inti ċċanfarhom; *
misħut min jitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek,
Neħħi minn fuqi t-tagħjir u t-tkasbir tagħhom, *
għax jiena nħares il-preċetti tiegħek. 

Imqar jekk il-kbarat joqogħdu jqassu fuqi, *
fuq il-kmandamenti tiegħek jibqa’ jaħseb il-qaddej tiegħek.
Il-preċetti tiegħek huma l-għaxqa tiegħi, *
huma jagħtuni l-parir tajjeb. 

Glorja.

Ant. 1: Iftaħli għajnejja, biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.

Ant. 2: Mexxini fis-sewwa tiegħek, Mulej.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/