Mhux li kelli l-ġwienaħ bħal ħamiema

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 27 ta’ April
 2022.

Salm 54 (55):2-15,17-24

(I)
Kontra l-ħbieb ħżienaLil Ġesù bdew jaħkmuh il-biża’ u dwejjaq. (Mk 14:33) 

Agħti widen, o Alla, għat-talba tiegħi, *
titwarrabx mit-talb umli tiegħi.
Ismagħni u weġibni, *
m’għandix mistrieħ fid-dwejjaq tiegħi!
Nirtogħod bil-biża’ għall-ħoss tal-għedewwa, *
minħabba l-għajat tal-ħżiena; 

għax huma jġibu fuqi l-ħsarat, *
fl-għadab tagħhom jeħduha kontrija.
Qalbi tinfena ġewwa fija, *
biża’ tal-mewt waqa’ fuqi.
Biża’ u tregħid jiġu fuqi, *
u twerwir jaħkimni. 

U ngħid: “Mhux li kelli l-ġwienaħ bħal ħamiema, *
biex intir u mmur nistrieħ!
Kont ’il bogħod immur niġġerra, *
u fid-deżert insib fejn noqgħod.
Kont malajr insib fejn nistkenn *
mir-riħ qawwi u r-riefnu.” 

Eqridhom, Sidi, ħawdilhom kliemhom, *
għax dnewwa u ġlied fil-belt qiegħed nara.
Lejl u nhar jiġġerrew fuq il-ħitan tagħha, *
fiha m’hemmx ħlief ħsara u dwejjaq.
Il-ħerba tinsab ġo nofsha, *
moħqrija u qerq ma jwarrbux mill-misraħ tagħha. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/