għallimni l-kmandamenti tiegħek

 

Talb ta’ nofs il-jum, is-Sibt 18 ta’ Mejju 2024

Salm 118 (119):121-128

XVI (Għajn) J
ien għamilt il-ħaqq u s-sewwa; *
titlaqnix f’idejn dawk li jaħqruni.
Serraħ ras il-qaddej tiegħek li tridlu l-ġid; *
tħallix li l-kburin jgħakksuni. 

Għejew għajnejja jistennew is-salvazzjoni tiegħek, *
u l-wegħda tal-ġustizzja tiegħek.
Imxi mal-qaddej tiegħek skond it-tjieba tiegħek, *
għallimni l-kmandamenti tiegħek. 

Qaddej tiegħek jien; agħtini d-dehen, *
biex nagħraf il-preċetti tiegħek.
Issa l-waqt li tindaħal, Mulej, *
għax kisru l-liġi tiegħek. 

Għalhekk inħobb il-kmandamenti tiegħek, *
aktar mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin.
Għalhekk jien nimxi dritt fuq il-preċetti tiegħek, *
u nobgħod kull triq qarrieqa. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar