XVI (Għajn) J ien għamilt il-ħaqq u s-sewwa; * titlaqnix f’idejn dawk li jaħqruni. Serraħ ras il-qaddej tiegħek li tridlu l-ġid; * tħallix li l-kburin jgħakksuni.
Għejew għajnejja jistennew is-salvazzjoni tiegħek, * u l-wegħda tal-ġustizzja tiegħek. Imxi mal-qaddej tiegħek skond it-tjieba tiegħek, * għallimni l-kmandamenti tiegħek.
Qaddej tiegħek jien; agħtini d-dehen, * biex nagħraf il-preċetti tiegħek. Issa l-waqt li tindaħal, Mulej, * għax kisru l-liġi tiegħek.
Għalhekk inħobb il-kmandamenti tiegħek, * aktar mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin. Għalhekk jien nimxi dritt fuq il-preċetti tiegħek, * u nobgħod kull triq qarrieqa.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar