għax għal dejjem it-tjieba tiegħu

 

L-uffiċċju tal-qari, is-Sibt 15 ta’ Ġunju 2024
Salm 135 (136)

(II) 

Hu darab l-Eġizzjani f’uliedhom il-kbar, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U ħareġ lil Iżrael minn ġo nofshom, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Ħariġhom b’id qawwija u bi driegħ merfugħ, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Hu feraq fi tnejn il-Baħar tal-Qasab, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U għadda lil Iżrael minn ġo nofshom, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Ġarraf il-Fargħun u l-eżerċtu tiegħu fil-Baħar tal-Qasab, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Glorja.

Ant. 2: Hu ħareġ lil Iżrael minn ġo nofs l-Eġizzjani, b’id qawwija u bi driegħ mifrux.

Ant. 3: Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet; hu ħelisna mill-għedewwa tagħna.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar