għax għamel ħwejjeġ tal-għaġeb

 


Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum l-Erbgħa 15 ta’ Marzu 2023.

Salm 97 (98)

Il-Mulej imħallef rebbieħ
Dan is-salm ifisser l-ewwel miġja tal-Mulej u l-fidi tal-ġnus kollha. (S. Atanasju) 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida, *
għax għamel ħwejjeġ tal-għaġeb. 

Ġibitlu r-rebħa l-leminija tiegħu, *
u d-driegħ imqaddes tiegħu.
Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu, *
f’għajnejn il-ġnus wera l-ġustizzja tiegħu.
Ftakar fit-tjieba u l-fedeltà tiegħu *
mal-poplu ta’ Iżrael.
L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, *
rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 

Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha, *
infexxu fl-għana, ifirħu u għannu!
Għannu lill-Mulej biċ-ċetra, *
biċ-ċetra u bil-ħlewwa tal-għana,
bit-trombi u bid-daqq tat-trumbetti; *
għajtu bil-ferħ quddiem il-Mulej is-sultan!

Ħa jriegħed il-baħar u kulma fih, *
id-dinja u kulma jgħammar fiha.
Ħa jċapċpu x-xmajjar idejhom, *
u l-muntanji flimkien jgħajtu bil-ferħ
quddiem il-Mulej, għax ġej *
biex jagħmel ħaqq mill-art;
hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja, *
u mill-popli bis-sewwa. 

Glorja.

Ant. 3: Għajtu bil-ferħ quddiem il-Mulej is-sultan.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/