Għax int, o Alla, smajt il-wegħda tiegħi

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 11 ta’ Marzu 2023.

Salm 60 (61)

Talba ta’ wieħed itturufnat
Talba tal-ġust li jittama l-ħajja ta’ dejjem. (S. Ilarju) 

Isma’, o Alla, l-għajta tiegħi, *
agħti widen għat-talba tiegħi.
Minn truf l-art lilek insejjaħ, *
meta nkun qalbi maqtugħa;
minn hemm inti mexxini *
lejn il-fortizza fuq l-għolja. 

Għax int sirt kenn għalija, *
torri qawwi quddiem l-għadu.
Mhux li kont ngħix f’għamartek għal dejjem, *
nistkenn għas-satra ta’ ġwenħajk!
Għax int, o Alla, smajt il-wegħda tiegħi, *
u tajtni l-wirt ta’ min iqim lil ismek. 

Lis-sultan kattarlu ż-żmien ta’ ħajtu; *
ikunu snin ħajtu minn nisel għal nisel.
Isaltan quddiem Alla għal dejjem. *
Agħmel li jħarsuh it-tjieba u l-fedeltà. 

Hekk infaħħar ismek għal dejjem, *
jien u nrodd kuljum il-wegħdiet tiegħi. 

Glorja. 

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/