Għażiża f’għajnejn il-Mulej

 

L-Għasar, illum l-Erbgħa 21 ta’ Settembru 2022.

Salm 115 (116B)

Radd ta’ ħajr fit-tempju
B’Ġesù noffru f’kull ħin lil Alla sagrifiċċju ta’ tifħir. (Lhud 13:15) 

Bqajt nemmen, mqar meta għedt: *
“Jiena mdejjaq ħafna!”
Jien għedt fin-niket tiegħi: *
“Qarrieq hu kull bniedem.” 

Xi nrodd lill-Mulej *
għall-ġid kollu li għamel miegħi?
Ngħolli l-kalċi tas-salvazzjoni, *
u isem il-Mulej insejjaħ. 

Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi, *
quddiem il-poplu tiegħu kollu.
Għażiża f’għajnejn il-Mulej *
hi l-mewt tal-ħbieb tiegħu. 

Iva, Mulej, jien qaddej tiegħek, *
jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek.
Int ħallejtli l-irbit tiegħi. †
Lilek noffri sagrifiċċji ta’ radd il-ħajr, *
u isem il-Mulej insejjaħ. 

Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi, *
quddiem il-poplu tiegħu kollu,
fil-btieħi ta’ dar il-Mulej, *
ġo nofsok, Ġerusalemm! 

Glorja.

Ant. 1: Intom dawk li żammejtu sħiħ miegħi fit-tiġrib kollu li ġie fuqi.

Ant. 2: Jiena qiegħed fostkom nagħmilha ta’ qaddej.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/