Is-Salmi huma forma poetika ta’ talb li ħafna drabi jista’ jitkanta.
Din il-forma tgħinna nesprimu l-emozjonijiet tagħna fit-talb
Għid il-Ħamsin
Salm 103(104):1ab,24aċ,29bċ-30,31,34
R/.(30): Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art.
Bierek ruħ tiegħi, lill-Mulej! Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta! Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek. R/.
Jekk teħdilhom nifishom, imutu, u lejn it-trab jerġgħu jmorru. Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu, u inti ġġedded il-wiċċ tal-art. R/.
Jibqa’ sebħ il-Mulej għal dejjem! Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu! Ħa togħġbu l-għanja tiegħi, għax jiena fil-Mulej l-hena tiegħi. R/.