Għinni int, u jiena nsalva

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2022.

Salm 118 (119):113-120

XV (Samek) 
In-nies ta’ żewġt iqlub nobgħodhom; *
imma l-liġi tiegħek inħobbha.
Inti l-kenn u t-tarka tiegħi; *
fil-kelma tiegħek jien nittama. 

Tbiegħdu minni, intom nies ħżiena, *
biex inħares il-kmandamenti ta’ Alla tiegħi.
Żommni skond il-wegħda tiegħek, biex nibqa’ ħaj; *
tħallix bla temma t-tama tiegħi. 

Għinni int, u jiena nsalva; *
u ħsiebi jkun dejjem fil-kmandamenti tiegħek.
Int tistmell ’il kull min jitbiegħed
mill-kmandamenti tiegħek, *
għax qarrieqa l-fehma tagħhom. 

Bħal skart għalik il-ħżiena tal-art; *
għalhekk inħobb il-preċetti tiegħek.
Jitkexkex ġismi bil-biża’ tiegħek; *
mid-digrieti tiegħek nibża’. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/