Ħares lejn in-niket tiegħi, u eħlisni

 

Talba ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 23 ta’ Diċembru.

Salm 118 (119):153-160
XX (Rex)

Ħares lejn in-niket tiegħi, u eħlisni, *
għax jien ma nsejtx il-liġi tiegħek.
Iddefendi l-kawża tiegħi, u ifdini; *
agħtini l-ħajja skond il-wegħda tiegħek.

‘Il bogħod mill-ħżiena s-salvazzjoni, *
għax ma jfittxux il-kmandamenti tiegħek.
Kbira l-ħniena tiegħek, Mulej; *
agħtini l-ħajja skond id-digrieti tiegħek.

Ħafna li jagħmlu għalija u jħabbtuni; *
imma jien ma nitbigħedx mill-preċetti tiegħek.
Nara ‘l dawk li ħallewk u nistkerrahhom, *
għax ma jħarsux il-kelma tiegħek.

Ara, kif inħobb il-preċetti tiegħek, Mulej; *
agħtini l-ħajja skond it-tjieba tiegħek.
Is-sewwa tiegħek il-qofol ta’ kelmtek; *
għal dejjem id-digrieti tal-ġustizzja tiegħek.

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/