Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħadd 4 ta’ Diċembru 2022.
Salm 22 (23)
Ir-Ragħaj it-tajjebIl-Ħaruf … ikun ir-ragħaj tagħhom u hu jwassalhom ħdejn egħjun ta’ ilmijiet tal-ħajja. (Apok 7:17)
Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, † xejn ma jonqosni: * f’mergħat kollhom ħdura jqegħedni. Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; * hemm hu jrejjaqni. Imexxini fit-triq tas-sewwa * minħabba l-isem tiegħu. I
mqar jekk nimxi f’wied mudlam, † ma nibżax mill-ħsara, * għax inti miegħi. Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek * huma jwennsuni. Int tħejji mejda għalija * quddiem l-għedewwa tiegħi. Biż-żejt tidlikli rasi, * u l-kalċi tiegħi tfawwarli.
Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena * il-jiem kollha ta’ ħajti. U ngħammar f’dar il-Mulej * sakemm indum ħaj.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/