IC50Yi1pbWFnZXtwb3NpdGlvbjpyZWxhdGl2ZTt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS53cC1ibG9jay1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UuYWxpZ25jZW50ZXJ7bWFyZ2luLWxlZnQ6YXV0bzttYXJnaW4tcmlnaHQ6YXV0b30udGItaW1hZ2UgaW1ne21heC13aWR0aDoxMDAlO2hlaWdodDphdXRvO3dpZHRoOmF1dG87dHJhbnNpdGlvbjp0cmFuc2Zvcm0gMC4yNXMgZWFzZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdle2Rpc3BsYXk6dGFibGV9LnRiLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9uLWZpdC10by1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbntkaXNwbGF5OnRhYmxlLWNhcHRpb247Y2FwdGlvbi1zaWRlOmJvdHRvbX0gLndwLWJsb2NrLWltYWdlLnRiLWltYWdlW2RhdGEtdG9vbHNldC1ibG9ja3MtaW1hZ2U9IjZkZDBkNDUwNTQ3ZDcwZmVlYjVkMGY1N2UyYmNhOWZjIl0geyBtYXgtd2lkdGg6IDEwMCU7IH0gQG1lZGlhIG9ubHkgc2NyZWVuIGFuZCAobWF4LXdpZHRoOiA3ODFweCkgeyAgLnRiLWltYWdle3Bvc2l0aW9uOnJlbGF0aXZlO3RyYW5zaXRpb246dHJhbnNmb3JtIDAuMjVzIGVhc2V9LndwLWJsb2NrLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS5hbGlnbmNlbnRlcnttYXJnaW4tbGVmdDphdXRvO21hcmdpbi1yaWdodDphdXRvfS50Yi1pbWFnZSBpbWd7bWF4LXdpZHRoOjEwMCU7aGVpZ2h0OmF1dG87d2lkdGg6YXV0bzt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS50Yi1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbi1maXQtdG8taW1hZ2V7ZGlzcGxheTp0YWJsZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9ue2Rpc3BsYXk6dGFibGUtY2FwdGlvbjtjYXB0aW9uLXNpZGU6Ym90dG9tfSB9IEBtZWRpYSBvbmx5IHNjcmVlbiBhbmQgKG1heC13aWR0aDogNTk5cHgpIHsgIC50Yi1pbWFnZXtwb3NpdGlvbjpyZWxhdGl2ZTt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS53cC1ibG9jay1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UuYWxpZ25jZW50ZXJ7bWFyZ2luLWxlZnQ6YXV0bzttYXJnaW4tcmlnaHQ6YXV0b30udGItaW1hZ2UgaW1ne21heC13aWR0aDoxMDAlO2hlaWdodDphdXRvO3dpZHRoOmF1dG87dHJhbnNpdGlvbjp0cmFuc2Zvcm0gMC4yNXMgZWFzZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdle2Rpc3BsYXk6dGFibGV9LnRiLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9uLWZpdC10by1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbntkaXNwbGF5OnRhYmxlLWNhcHRpb247Y2FwdGlvbi1zaWRlOmJvdHRvbX0gfSA=
Tifħir ta’ sbiħ il-jum, il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2024
Salm 47 (48)
Radd il-ħajr għas-salvazzjoni tal-poplu
Ħadni fuq muntanja kbira u wrieni l-Belt, Ġerusalemm. (Apok 21:10)
Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna *
fil-belt ta’ Alla tagħna.
L-għolja qaddisa tiegħu, għolja mill-isbaħ, *
l-għaxqa tal-art kollha.
L-għolja ta’ Sijon fil-qalba tat-tramuntana; *
hi l-belt tas-sultan il-kbir.
Alla fil-fortizzi tagħha *
wera ruħu bħal sur qawwi.
Ara, is-slaten ingħaqdu, *
imxew ilkoll flimkien;
kif rawha, baqgħu mistagħġba, *
tfixklu u ħarbu.
Hemm qabdithom rogħda kbira, *
u wġigħ bħal dak tal-ħlas.
Bir-riħ tal-lvant int tfarrak *
l-iġfna ta’ Tarsis.
Kif smajna, hekk rajna f’belt il-Mulej tal-eżerċti, †
fil-belt ta’ Alla tagħna. *
Alla jżommha sħiħa għal dejjem!
Naħsbu, o Alla, fuq it-tjieba tiegħek *
f’nofs it-tempju tiegħek.
Bħal ismek, o Alla, hekk tifħirek, †
sa truf l-art jasal. *
Il-leminija tiegħek bis-sewwa mimlija.
Tithenna l-għolja ta’ Sijon, †
jifirħu l-bliet ta’ Ġuda, *
minħabba l-ġudizzji tiegħek.
Duru ma’ Sijon, duru dawra magħha, *
araw kemm-il torri għandha.
Ħarsu sewwa lejn is-swar tagħha, †
duru bir-reqqa l-fortizzi tagħha, *
biex ixxandru lin-nisel ta’ wrajkom:
Dan hu Alla! †
Alla tagħna għal dejjem ta’ dejjem; *
hu jmexxina għal dejjem!
Glorja.
Ant. 3: Dan hu Alla tagħna għal dejjem, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/