huma l-għaxqa ta’ qalbi

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru 2023.

Salm 118 (119):105-112

XIV (Nun)
Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin. (Ġw 15,12) 

Musbieħ għal riġlejja l-kelma tiegħek, *
u dawl fil-mogħdija tiegħi.
Ħlift, u rrid inżomm kelmti, *
li nħares id-digrieti ġusti tiegħek. 

Ninsab imnikket għall-aħħar, Mulej; *
agħtini l-ħajja skond il-kelma tiegħek.
Ilqa’, Mulej, il-qima ta’ fommi, *
u għallimni d-digrieti tiegħek. 

Ħajti dejjem fit-tiġrif, *
imma qatt ma ninsa l-liġi tiegħek.
Il-ħżiena nasbuli x-xibka, *
imma jien ma warrabtx mill-preċetti tiegħek. 

Il-preċetti tiegħek wirti għal dejjem; *
huma l-għaxqa ta’ qalbi.
Inħajjar ’il qalbi biex tħares il-kmandamenti tiegħek, *
għal dejjem u sal-aħħar. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/