ifaħħru ’l Mulej dawk li jfittxu

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2024
Salm 21

(III) 

Faħħru l-Mulej, intom li tibżgħu minnu; †
sebbħuh ilkoll, nisel Ġakobb; *
Ibżgħu minnu lkoll, ulied Iżrael!
Għax ma warrabx minnu l-imsejken, *
ma stmellx in-niket tiegħu;
anqas wiċċu ma ħeba minnu, *
imma semgħu meta sejjaħlu. 

Għalhekk inti t-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira; *
rrodd il-wegħdiet tiegħi
quddiem dawk li jibżgħu minnu.
Jieklu l-fqajrin u jixbgħu; †
ifaħħru ’l Mulej dawk li jfittxuh. *
Ħa tgħix qalbhom għal dejjem!
Jiftakru t-truf kollha tal-art, †
u jerġgħu lura lejn il-Mulej; *
u quddiemu jinxteħtu r-razez kollha tal-ġnus. 

Għax tal-Mulej hi s-saltna; *
hu fuq il-ġnus isaltan.
Lilu jqimu l-bnedmin, li jmutu; *
quddiemu jmil kull min nieżel ġot-trab.
U għalih tgħix ruħi, *
lilu jaqdi n-nisel tiegħi.
Ixandru ’l Sidi lin-nisel li għad jiġi, †
ixandru l-ġustizzja tiegħu
lill-poplu li għad jitwieled: *
“Dan għamlu l-Mulej!” 

Glorja.

Ant. 3: Quddiem il-Mulej jinxteħtu r-razez kollha tal-ġnus.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar