Faħħru l-Mulej, intom li tibżgħu minnu; † sebbħuh ilkoll, nisel Ġakobb; * Ibżgħu minnu lkoll, ulied Iżrael! Għax ma warrabx minnu l-imsejken, * ma stmellx in-niket tiegħu; anqas wiċċu ma ħeba minnu, * imma semgħu meta sejjaħlu.
Għalhekk inti t-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira; * rrodd il-wegħdiet tiegħi quddiem dawk li jibżgħu minnu. Jieklu l-fqajrin u jixbgħu; † ifaħħru ’l Mulej dawk li jfittxuh. * Ħa tgħix qalbhom għal dejjem! Jiftakru t-truf kollha tal-art, † u jerġgħu lura lejn il-Mulej; * u quddiemu jinxteħtu r-razez kollha tal-ġnus.
Għax tal-Mulej hi s-saltna; * hu fuq il-ġnus isaltan. Lilu jqimu l-bnedmin, li jmutu; * quddiemu jmil kull min nieżel ġot-trab. U għalih tgħix ruħi, * lilu jaqdi n-nisel tiegħi. Ixandru ’l Sidi lin-nisel li għad jiġi, † ixandru l-ġustizzja tiegħu lill-poplu li għad jitwieled: * “Dan għamlu l-Mulej!”
Glorja.
Ant. 3: Quddiem il-Mulej jinxteħtu r-razez kollha tal-ġnus.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar