Ifaħħru lil Alla l-popli kollha Kunu afu li din is-salvazzjoni ta’ Alla ġiet mibgħuta lill-pagani. (Atti 28:28)
Iħenn għalina Alla, u jberikna; * idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu! Biex jingħarfu fuq l-art triqatek, * fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek.
Ifaħħruk il-popli, o Alla, * ifaħħruk il-popli kollha. Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ, † għax trieġi l-popli bis-sewwa, * u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.
Ifaħħruk il-popli, o Alla, * ifaħħruk il-popli kollha. L-art tat il-frott tagħha; * iberikna Alla, Alla tagħna! Iberikna Alla, u tibża’ minnu * l-art kollha minn tarf għall-ieħor!
Glorja.
Ant. 2: Idawwar Alla għal fuqna d-dija ta’ wiċċu, u jberikna.
Ant. 3: Kollox bih kien maħluq, u kollox bih qiegħed iżomm.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/