Il-barka ta’ Alla fuqkom!

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ħamis 17 ta’ Ottubru 2024
Salm 128 (129)

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tamaIl-Knisja tgħid x’ qiegħda ġġarrab. (S. Wistin) 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *
— ħa jgħid hekk Iżrael —
ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *
imma ma rnexxilhomx jegħlbuni.
Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *
raddiet twal bis-swat għamluli.
Imma ġust hu l-Mulej, *
u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena. 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *
dawk kollha li jobogħdu ’l Sijon.
Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut,
li jinxef qabel ma jikber, *
li bih il-ħassad ma jimliex idu,
lanqas ħdanu min jorbot il-qatet
.U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †
“Il-barka ta’ Alla fuqkom! *
Inberkukom f’isem il-Mulej!”. 

Glorja.

Ant. 3: Il-Mulej Alla nnifsu jitqabad għalik mal-għedewwa tiegħek.

Ant. 3: O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar