Talb ta’ nofs il-jum, il-Ħamis 17 ta’ Ottubru 2024
Salm 128 (129)
Il-poplu fil-hemm iġedded it-tamaIl-Knisja tgħid x’ qiegħda ġġarrab. (S. Wistin)
Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti * — ħa jgħid hekk Iżrael — ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, * imma ma rnexxilhomx jegħlbuni. Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, * raddiet twal bis-swat għamluli. Imma ġust hu l-Mulej, * u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.
Ħa jinfixlu u jmorru lura * dawk kollha li jobogħdu ’l Sijon. Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, li jinxef qabel ma jikber, * li bih il-ħassad ma jimliex idu, lanqas ħdanu min jorbot il-qatet .U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: † “Il-barka ta’ Alla fuqkom! * Inberkukom f’isem il-Mulej!”.
Glorja.
Ant. 3: Il-Mulej Alla nnifsu jitqabad għalik mal-għedewwa tiegħek.
Ant. 3: O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar