Il-Mulej tani l-għajnuna

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħadd 19 ta’ Settembru.

Salm 117 (118)

(II) 

Il-ġnus kollha dawruni; *
imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
Dawruni, minn kull naħa rassewni; *
imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
Bħan-naħal daru miegħi, †
bħan-nar tax-xewk madwari jħeġġu; *
imma f’isem il-Mulej irbaħthom.  

B’saħħithom kollha imbuttawni biex naqa’; *
imma l-Mulej tani l-għajnuna.
Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej; *
hu kien għalija s-salvazzjoni tiegħi. 

Għajat ta’ ferħ u rebħ fl-għerejjex tat-tajbin: *
il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!
Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa, *
il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila. 

Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix, *
u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej.
Ħaqarni tassew il-Mulej, *
imma ma telaqnix għall-mewt. 

Glorja.

Ant. 2: Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej, hallelujah.

Ant. 3: Niżżik ħajr, Mulej, talli weġibtni, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/