Ferħ u hena fil-Mulej Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna. (2 Kor 1:7)
Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon, * konna qisna mitlufa f’ħolma; imbagħad bid-daħk imtela fommna, * u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna. Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: * “Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!” Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! * u aħna bil-ferħ imtlejna.
Biddel, Mulej, xortina, * bħall-widien tan-Negeb! Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ * jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.
Huma u sejrin, imorru jibku, * iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ. Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, * iġorru l-qatet f’idejhom.