Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 29 ta’ Marzu 2023.
Salm 118 (119):9-16
II (Bet)
Kif jista’ żagħżugħ jimxi safi fi triqtu? * Billi jħares il-kelma tiegħek. B’qalbi kollha jiena nfittxek; * tħallinix nitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek.
Jien żammejt kelmtek f’qalbi, * biex ma nidneb qatt kontrik. Imbierek int, Mulej! * Għallimni l-kmandamenti tiegħek.
B’xufftejja jiena nxandar * id-digrieti kollha ta’ fommok. Nifraħ fit-triq tal-preċetti tiegħek, * daqs kieku kelli l-għana kollu.
Fuq il-preċetti tiegħek irrid naħseb, * u nżomm għajnejja fuq triqatek. Bil-kmandamenti tiegħek irrid nitgħaxxaq, * qatt ma ninsa l-kelma tiegħek.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/