Talb ta’ nofs il-jum, it-Tlieta 26 ta’ Awwissu 2025
Salm 12 (13)
Tnehid tal-ġust li jittama fil-Mulej Alla ta’ tama jimliekom b’kull ferħ. (Rum 15:13) Mulej, għal dejjem se tinsieni? * Kemm se ddum taħbi wiċċek minni? Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq, † bl-imrar kuljum f’qalbi? * Kemm se jdum jintrefa’ l-għadu fuqi?
Ħares u weġibni, Mulej, Alla tiegħi, * agħti d-dawl lil għajnejja, li ma naqax fir-raqda tal-mewt; li ma jgħidx l-għadu tiegħi: “Għelibtu!” * li ma jifirħux l-għedewwa għax jarawni nogħtor.
Imma jien fit-tjieba tiegħek nitma, † tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek. * Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli.
Glorja.
Ant. 2: Tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek.
Ant. 3: Alla ħalla ’l kulħadd fid-dnub, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.