Uffiċċju tal-qari, il-Ġimgħa 12 ta’ Settembru 2025
Salm 68 (69):2-22,30-37
(III) Imma jiena msejken u batut; * terfagħni, o Alla, is-salvazzjoni tiegħek!| Infaħħar l-isem ta’ Alla bl-għana, * inkabbru b’għana ta’ radd il-ħajr. Dan jogħġob lill-Mulej aktar minn offerta ta’ gendus, * jew ta’ barri fl-aqwa tiegħu.
Hekk jaraw l-imsejkna u jifirħu; * u tagħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla. Għax jisma’ l-fqajrin il-Mulej, * ma jistmellx l-imjassrin tiegħu. Ifaħħruh is-sema u l-art, * l-ibħra u kulma jitħarrek fihom.
Għax Alla jsalva ’l Sijon, † u jibni l-bliet ta’ Ġuda; * u huma jerġgħu lura u jgħammru fiha. Jirtuha wlied il-qaddejja tiegħu; * dawk li jħobbu lil ismu joqogħdu fiha.