int tikseb ir-rebħa fl-art kollha

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2022.

Salm 73 (74)

(I)
Tnehid fuq il-ħerba tat-tempjuTibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem. (Mt 10:28) 

Għaliex, o Alla, warrabtna għal dejjem? *
Għaliex tħeġġeġ qilltek
kontra n-nagħaġ tal-merħla tiegħek?
Ftakar fil-ġemgħa li ksibt għalik mill-qedem, †
it-tribù li int fdejt biex ikun wirtek; *
ftakar f’Sijon, li fuqha bnejt l-għamara tiegħek.
Itla’ sal-post li sar ħerba waħda: *
kollox qered l-għadu fis-santwarju. 

Għajtu l-għedewwa fil-post tal-laqgħat tiegħek; *
hemm waħħlu l-istendardi tar-rebħa tagħhom.
Bħal dawk li jxejru l-mannara fl-għoli *
biex iqaċċtu s-siġar minn qalb il-bosk,
hekk huma kissru l-bibien tat-tempju, *
bl-imterqa u l-mazza farrkuhom. 

Taw in-nar lis-santwarju tiegħek; *
kasbru għalkollox l-għamara tiegħek.
Qalu f’qalbhom: “Ħa nfarrkuhom għalkollox!” *
Ħarqu kull post imqaddes ta’ Alla f’artna.
Ma għadniex naraw sinjali mis-sema,
m’hawnx iżjed profeti; *
ħadd fostna ma jaf kemm se ndumu hekk. 

Kemm se jdum iżebilħek l-għadu, o Alla? *
Se jibqa’ jkasbarlek ismek għal dejjem?
Għaliex qiegħed iżżomm idek lura? *
Għax taħbi fi ħdanek il-leminija tiegħek?
Iżda int, Alla, sultan tiegħi sa mill-qedem; *
int tikseb ir-rebħa fl-art kollha. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/