L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru.
Salmodija
Ant. 1: Titwarrabx, o Alla, mit-talb umli tiegħi minħabba l-għajat tal-ħżiena.
Salm 54 (55):2-15,17-24
(I) Kontra l-ħbieb ħżienaLil Ġesù bdew jaħkmuh il-biża’ u dwejjaq. (Mk 14:33)
Agħti widen, o Alla, għat-talba tiegħi, * titwarrabx mit-talb umli tiegħi. Ismagħni u weġibni, * m’għandix mistrieħ fid-dwejjaq tiegħi! Nirtogħod bil-biża’ għall-ħoss tal-għedewwa, * minħabba l-għajat tal-ħżiena; għax huma jġibu fuqi l-ħsarat, * fl-għadab tagħhom jeħduha kontrija. Qalbi tinfena ġewwa fija, * biża’ tal-mewt waqa’ fuqi.Biża’ u tregħid jiġu fuqi, * u twerwir jaħkimni.
U ngħid: “Mhux li kelli l-ġwienaħ bħal ħamiema, * biex intir u mmur nistrieħ! Kont ’il bogħod immur niġġerra, * u fid-deżert insib fejn noqgħod. Kont malajr insib fejn nistkenn * mir-riħ qawwi u r-riefnu.”
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/