Isma’, binti, ħares u agħti widen

 

Talb ta’ matul il-jum, illum is-Sibt 16 ta’ Ottubru.

Salm 44 (45)

(II) 

Isma’, binti, ħares u agħti widen, *
insa ’l ġensek u ’l dar missierek.
Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek; *
u int, għax hu sidek, agħtih qima.
In-nies ta’ Tir bir-rigali jiġu, *
il-kbarat ifittxu l-favuri tiegħek. 

Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar, *
minsuġ bid-deheb ilbiesha.
Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha, *
it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha.
Jittieħdu b’għajat ta’ ferħ u hena; *
jidħlu fil-palazz tas-sultan. 

Flok missirijietek jilħqu wliedek; *
inti tqegħedhom kapijiet fuq l-art kollha.
Infakkar ismek minn nisel għal nisel; *
ifaħħruk il-popli għal dejjem ta’ dejjem! 

Glorja.

Ant. 3: Rajt lil Ġerusalemm il-ġdida, bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt.