Talb ta’ matul il-jum, illum is-Sibt 16 ta’ Ottubru.
Salm 44 (45)
(II)
Isma’, binti, ħares u agħti widen, * insa ’l ġensek u ’l dar missierek. Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek; * u int, għax hu sidek, agħtih qima. In-nies ta’ Tir bir-rigali jiġu, * il-kbarat ifittxu l-favuri tiegħek.
Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar, * minsuġ bid-deheb ilbiesha. Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha, * it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha. Jittieħdu b’għajat ta’ ferħ u hena; * jidħlu fil-palazz tas-sultan.
Flok missirijietek jilħqu wliedek; * inti tqegħedhom kapijiet fuq l-art kollha. Infakkar ismek minn nisel għal nisel; * ifaħħruk il-popli għal dejjem ta’ dejjem!
Glorja.
Ant. 3: Rajt lil Ġerusalemm il-ġdida, bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt.