Talb ta’ nofs il-jum, it-Tnejn 10 ta’ Novembru 2025
Salm 118 (119):129-136
XVII (Pe)
Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek, * għalhekk tħarishom qalbi. It-tifsir ta’ kelmtek jagħti d-dawl, * ifiehem lil min ma jafx.
Niftaħ fommi u nieħu r-ruħ, * għax nixxennaq għall-kmandamenti tiegħek. Dur lejja u ħenn għalija, * kif dejjem tagħmel ma’ min iħobb ’l ismek. Żomm sħiħ il-mixi tiegħi skont il-wegħda tiegħek, * u ebda deni ma jaħkem fuqi. Eħlisni mill-moħqrija tal-bniedem, * u nħares il-preċetti tiegħek.
Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, * għallimni l-kmandamenti tiegħek. Id-dmugħ bħal wied iġelben minn għajnejja, * għax ma jħarsux il-bnedmin il-liġi tiegħek.
Glorja.
Ant. 1: Mulej, żomm sħiħ il-mixi tiegħi skont il-wegħda tiegħek.
Ant. 2: Wieħed hu l-leġiżlatur u l-imħallef; int min int biex tagħmel ħaqq mill-proxxmu?